Tuesday, December 24, 2024

Waterpolo: Sliema jirritornaw għar-rebħ bil-kbir kontra Valletta

Aqra wkoll

Ritratt: Dominic Borg

Sliema………………19

Valletta……………….9

(3-4, 6-1, 6-1, 4-3)

Wara t-telfa bl-iskor strett ta’ 10-9 kontra l-ġirien, San Ġiljan, Sliema rritornaw għar-rebħ meta għelbu l-isfida ta’ Valletta bl-iskor kbir ta’ 19-9.

Kif jindika r-riżultat, ħlief għall-ewwel sessjoni li fiha sfaw megħluba bl-iskor ta’ 4-3, is-Slimiżi iddominaw għall-ħinijet twal  u ftit li xejn taw ċans lill-Beltin jiddettaw il-logħob tagħhom.

Ta’ nota huwa l-fatt li ftit minuti wara tmiem il-partita, Sliema ASC ħabbru b’mod uffiċjai li l-coach Kroat Sergio Afric ma kienx se jibqa’ fit-tmun tagħhom biex b’hekk issa huma mistennija jħabbru coach ġdid fil-jiem li ġejjin.

Għal Sliema, impressjona John Brownrigg li skorja ħames goals waqt li għall-Beltin l-aqwa skorer kien iż-żagħżugħ Nikolai Zammit li rreġistra poker personali.

Kienu Valletta li ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-3 bil-goals għalihom jaslu minn Niki Lanzon u Nikolai Zammit (3) bit-tielet goal għalih jasal minn penalty. Dan sabiex Jerome Gabarretta (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty u John Brownrigg wieġbu għas-Slimiżi.

Iżda fit-tieni sessjoni, Sliema dehru ttrasformati b’Valletta jikkrollaw għal kollox hekk kif is-Slimiżi ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 6-1, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Zach Mizzi, John Brownrigg (2), Mark Meli u Benji Cachia (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa l-veteran Michele Stellini. Peter Borg minn man-up wara li tkeċċa Mark Meli skorja l-uniku goal għat-team mill-kapitali.

Fit-tielet sessjoni, kompla d-dominju assolut minn Sliema li reġgħu ttrijonfaw bl-istess skor li bih rebħu t-tieni sessjoni jiġifieri dak ta’ 6-1 bl-awturi tal-goals ikunu Jerome Gabarretta minn penalty, Benji Cachia, Jamie Gambin, Liam Galea, Matthew Mifsud u s-solitu John Brownrigg. Andrea Agius wieġeb għall-Beltin.

L-aħħar sessjoni kienet biss formalitá bi Sliema joħorġu rebbieħa bl-istess skor li bih Valletta rebħu l-ewwel sessjoni, jiġifieri dak ta’ 4-3, bl-iskorers ikunu John Brownrigg, Zach Mizzi, Liam Galea u Benji Cachia. Niki Lanzon, Nikolai Zammit u Peter Borg sabu x-xibka għall-Beltin.

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta (3), 3-Liam Galea (2), 5-Mark Meli (1), 6-Benji Cachia (4), 7-Nico Schiavone, 8-Matthew Mifsud (1), 9-John Brownrigg (5), 10-Jamie Gambin (1), 11-Zach Mizzi (2), 12-Nicholas Bugelli, 13-Zachary Sciberras Coach: Sergio Afric

Valletta: 1-Ryan Sciortino, 2-Peter Borg (2), 3-Edward Aquilina, 4-Michele Stellini, 5-Andrea Agius (1), 6-Ryan Mock, 7-Daniel Paolella, 8-Michele Mifsud, 9-Nicholas Farrugia, 10-Miguel Zammit, 11-Nikolai Zammit (4), 12-Niki Lanzon (2), 13-Keith Tanti, 14-Marco Mannino Coach: Zoran Maslovar

Referees: Massimo Angileri, Richard Magri

Ekonomija

Sport