Sliema………………..21
Marsaskala…………12
(3-4, 6-2, 6-2, 6-4)
Wara r-rebħa ta’ 10-8 kontra r-rivali Neptunes, Sliema, komplew jikkonvinċu meta għelbu lil Marsaskala bl-iskor kbir ta’ 21-12.
Kienu Marsakala li ħasdu lil Sliems fl-ewwel sessjoni meta għelbuhom bl-iskor ta’ 4-3, bil-goals għalihom jaslu minn Edoardo Manzi (3) u Tamas Sedlmayerm. Sam Engerer, Dmitri Kholod u Jayden Cutajar wieġbu għas-Slimiżi.
Iżda Sliema wettqu reazzjoni mill-aqwa u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor kbir ta’ 6-2, bl-iskorers ikunu Dmitri Kholod, Andrija Prlainovic, Jayden Cutajar, Andrija Prlainovic, Liam Galea u Benji Cachia. Mark Carani u Edoardo Manzi skorjaw għall-Iskalin.
Sliema reġgħu ttrijonfaw fit-tielet sessjoni bl-istess skor li bih rebħu t-tieni sessjoni jiġifieri dak ta’ 6-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Andrija Prlainovic (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Kyle Navarro, u t-tieni minn penalty, Jayden Cutajar, Dmitri Kholod (2) u John Brownrigg. Gerald Sammut minn man-up wara li tkeċċa Matthew Mifsud u Edoardo Manzi wieġbu għal Marsaskala.
L-aħħar sessjoni ntemmet bl-iskor ta’ 6-4 favur Sliema, fejn għalihom irnexxielhom isibu x-xibka Zach Mizzi, Dino Zammit, Benji Cachia, Sam Engerer, Liam Galea minn man-up wara li tkeċċa Jamie Pace Mizzi u Dmitri Kholod. Jake Ciantar minn man-up wara li tkeċċa Dino Zammit, Daniel Tully ukoll minn man-up wara li tkeċċa Elijah Schembri, Francesco Sacrdino u Gerald Sammut skorjaw għal Marsaskala.
Sliema:1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarraetta, 3-Liam Galea (3), 4-Jamie Gambin, 5-Zach Mizzi (1), 6-Benji Cachia (2), 7-Jayden Cutajar (3), 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg (1), 10-Dmitrii Kholod (4), 11-Andrija Prlainovic (4), 12-Dino Zammit (1), 13-Andrew Bugeja, 14-Elijah Schembri, 15-Sam Enferer (2) Coach: Dejan Savic
Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Gianluca Galea, 4-Paul Privitera, 5-Raoul Greco, 6-Edaordo Manzi (5), 7-Kyle Navarro, 8-Daniel Tully (1), 9-David Pace Lupi, 10-Gerald Sammut (2), 11-Jake Ciantar (1), 12-Mark Carani (1), 13-Aidan Muscat, 14-Tamas Sedlmayermi (1), 15-Jamie Pace Mizzi (1) Coach: Arpad Babay
Referees: Alessandro Roberti, Richard Magri