Monday, May 6, 2024

Waterpolo: Marsaxlokk jirbħu logħba bilanċjata kontra Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

Marsaxlokk……………….16

Ta’ Xbiex……………………14

(3-3, 5-3, 3-5, 5-3)

Marsaxlokk rebħu logħba bilanċjata kontra Ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 16-14.

L-ewwwl sessjoni ntemmet fi draw ta’ 3-3, bil-goals għal Marsaxlokk jaslu minn Nikola Moskov (3), bl-ewwel żewġ goals għalih jaslu minn penalty. Il-captain Mattias Ortoleva minn man-up wara li tkeċċa Luigi Mallia, Uros Vasic minn penalty u Nico Schiavone wieġbu għal Ta’ Xbiex.

Marsaxlokk rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 5-3, bl-iskorers ikunu Ryan Galea, Nikola Moskov (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty, Max Farrugia u Max Zammit. Uros Vasic, Jacob Saliba u Matteo Martellacci skorjaw għal Ta’ Xbiex.

Ta’ Xbiex wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 5-3, bil-goals jaslu minn Mattias Ortoleva (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Luigi Mallia u t-tieni minn man-up ieħor wara li tkeċċa Max Zammit, Nico Schiavone (2) u Uros Vasic. Ryan Galea, Alistair Cook u Nikola Moskov minn man-up wara li tkeċċa Christian Milakovic sabu x-xibka għax-Xlukkajri.

Maraxalokk rebħu l-aħħar sessjoni wkoll bl-iskor ta’ 5-3, bl-awturi tal-goals ikunu Alistair Cook, Ryan Galea, Nikola Moskov u l-captain Sasa Misic. Uros Vasic (2) bl-ewwel goal  jasal minn penalty u Ryan Mock skorjaw għal Ta’ Xbiex.

Marsaxlokk: 1-Miguel Farrugia, 3-Ben Zammit, 4-Max Farrugia (1), 5-Nikola Moskov (7), 6-Julian Valletta, 7-Max Zammit (2), 8-Massimo Aquilina, 9-Ryan Galea (3), 10-Sasa Misic (1), 11-Enrique Bonnici, 12-Luigi Mallia, 13-Myron Brimmer, 14-Alistair Cook (2), 15-Giancarlo Gatt Coach: Aleksandar Ciric

Ta’ Xbiex: 1-Miguel Vassallo, 2-Nico Schiavone (3), 3-Lee Montebello, 4-Luke Grech Carr, 6-Ryan Mock (1), 7-Jacob Saliba (1), 8-Christian Milakovic, 9-Uros Vasic (5), 10-Jan Culic, 11-Zion Bartolo, 12-Julian Farrugia, 13-Gianni Galea Curmi, 14-Mattias Ortoleva (4), 15-Kydon Agius Coach: Stephen Rizzo

Referees: Alessandro Roberti, Peter Balzan

Sport