Monday, May 6, 2024

Waterpolo: Exiles jittrijonfaw kontra Barracudas

Aqra wkoll

Exiles……………….19

Barracudas………14

(5-2, 4-3, 2-4, 8-5)

F’logħba sabiħa u divertenti, Exiles, għelbu lil Barracudas bl-iskor ta’ 19-14.

Exiles rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bil-goals għalihom jaslu minn Valentino Gallo (3) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty, Niki Paris u Matteo Martellacci. Radovan Latinovic minn man-up wara li tkeċċa Sean Xerri De Caro u Ivan Gusarov minn penalty wieġbu għal Barracudas.

Exiles rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 4-3, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Mark Fenech, Valentino Gallo (2) u Max Aquilina. Ryan Sciortino u Radovan Latinovic (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty skorjaw għal Barracudas.

Bararcudas wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bil-goals jaslu minn Aleandro Mifsud, Radovan Latinovic minn man-up wara li tkeċċa l-captain Kurt Griscti, Ivan Gusarov u Simon Apap.

Niall Saliba wieġeb għal Exiles b’żewġ goals wara li tkeċċew Ryan Sciortino u Paul Micallef.

Fl-aħħar sessjoni, Exiles, irritornaw għar-rebħ fejn għamlu dan bl-iskor ta’ 8-5, bl-iskorers ikunu Niki Paris (2), Guillermo Molina, Kurt Griscti minn man-up wara li tkeċċa Radovan Latinovic, Max Aquilina, Zak Cutajar Licari u Valentino Gallo (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty. Radovan Latinovic, Ryan Sciortino, Ivan Gusarov minn penalty, Thomas Perici Ferrante u William Ruggier sabu x-xibka għal Barracudas.

Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Zak Cutajar Licari (1), 3-Zachary Micallef, 4-Valentino Gallo (7), 5-Guillermo Molina (1), 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fenech (1), 8-Kurt Griscti (1), 9-Niki Paris (3), 10-Matteo Martellacci (1), 11-Max Aquilina (2), 12-Niall Saliba (2), 14-Max Paris Roding, 15-Liam Pursehouse Coach: Simon Vassallo

Barracudas: 1-Isaac Schembri, 2-Ascanio Piccione, 3-Andrew Magri, 4-Paul Micallef, 5-Dean Ciantar, 6-Ryan Sciortino (2), 7-Ivan Gusarov (3), 8-Radovan Latinovic (5), 9-Charles Bugeja, 10-Simon Apap (1), 11-Aleandro Mifsud (1), 12-T. J. Mifsud, 13-Max Borg, 14-Thomas Perici Ferrante (1), 15-William Ruggier (1) Coach: Keith Grima Scott

Referees: Stefano Pinato, Stefan Licari

Sport