Friday, May 3, 2024

Manchester City viċin li jiffirmaw lil Josko Gvardiol

Aqra wkoll

Iċ-champions Ingliżi Manchester City qed isegwu sew il-profil tal-plejer ta’ RB Leipzig Josko Gvardiol. Dan il-plejer jiswa madwar €100 miljun għalkemm The Citizens qed jippruvaw jinnegozjaw mat-tim Ġermaniż sabiex inaqqas din iċ-ċifra.

Hekk kif raw li Gvardiol se jitlaq, Leipzig ma qagħdux idhom f’idhom u akkwistaw lil El Chadaille Bitshiabu li ffirma kuntratt ta’ ħames snin.

Sadanittant, il-kowċ ta’ Manchester City Pep Guardiola jinsab fiduċjuż li Gvardiol se jkun parti mill-iskwadra tiegħu.

Sport