Saturday, May 4, 2024

Sergej Milinkovic-Savic jsellem lill-partitarji ta’ Lazio

Aqra wkoll

Il-plejer il-ġdid ta’ Al Hilal, Sergej Milinkovic Savic, sellem lill-partitarji ta’ Lazio fuq il-profil soċjali tiegħu fuq Twitter fejn qalilhom li mhux se jinsa ż-żmien sabiħ li qatta’ fil-belt kapitali Taljana.

“Kienu tmien snin sbieħ li fihom kbirt bħala plejer u anke fil-livell tiegħi. M’hu se ninsikom qatt!”

Milinkovic-Savic ġie attirat minn offerta li għamlulu Al Hilal u se jkun qed jibda l-avventura tiegħu fil-kampjonat tal-Arabja Sawdija.

Sport