Monday, May 13, 2024

Boubakary Soumare bejn Torino u Napoli?

Aqra wkoll

Il-midfielder Boubakary Soumare se jkun qed jitlaq lil Leicester City sabiex probabbilment ikompli l-avventura tiegħu fl-Italja. The Foxes, kif inhuma magħrufa, ġew relegati għal The Championship u Soumare mhux beħsiebu jilgħab f’din id-diviżjoni.

Sadanittant, Torino u Napoli kitbu uffiċjalment lil Leicester fejn qalulhom li interessati għal dan il-plejer ta’ nofs il-grawnd.

Soumare għandu kuntratt ma’ Leicester sas-sena 2026 għalkemm wieħed minn dawn iż-żewġ klabbs Taljani jista’ jħallas il-klawsola għalih.

Sport