Friday, July 24, 2026
Home Sport Fulham interessati f’Calvin Bassey

Fulham interessati f’Calvin Bassey

0
378

Fulham qed ifittxu difensur ċentrali u wara li ma rnexxielhomx iġibu lill-Brażiljan Morato mingħand Benfica, il-ħsieb tagħhom hu li jmorru għal Calvin Bassey li bħalissa jinsab reġistrat ma’ Ajax Amsterdam.

Fulham qed joffru s-somma ta’ €18-il miljun għal dan il-plejer ta’ 24 sena li għandu ċittadinanza Niġerjana minkejja li twieled l-Italja. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Glasgow Rangers u magħruf għas-saħħa li għandu fid-difiża.