Friday, December 27, 2024

Waterpolo: Sliema wisq b’saħħithom għal Marsaskala

Aqra wkoll

Sliema………………. 14

Marsaskala…………. 7

(3-2, 4-2, 4-1, 3-2)

Sliema rriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Marsaskala meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 14-7.

Għas-Slimiżi, spikka Di­no Zammit li skorja xejn inqas minn ħames goals.

Il-Blues għamlu l-inten­zjonijiet taghhom cari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, permezz ta’ Dino Zammit, Jamie Gambin u Zach Mizzi. David Pace Lupi u Raoul Greco wieġbu għall-iskalin.

Fit-tieni sessjoni, Sliema komplew bl-istess ritmu u ma kienet l-ebda sorpriża li rebħuha wkoll, din id-darba bl-iskor ta’ 4-2.

L-awturi tal-goals kienu Jayden Cutajar, Dino Zammit, Benji Cachia u Matthew Mifsud filwaqt li Mark Carani u l-veteran Paul Privitera skorjaw għat-team immexxi mill-coach, Arpad Babay.

Is-Slimiżi ttrijonfaw ukoll fit-tielet sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta’ 4-1 biex prattikament aċċertaw mit-tliet punti meta fetħu vantaġġ ta’ 11-5.

Jamie Gambin, Matthew Mifsud u Dino Zammit u Zach Mizzi kienu l-prota­gonisti għalihom filwaqt li David Pace Lupi skorja l-uniku goal għal Marsaskala.

Il-Blues rebħu wkoll ir- raba’ sessjoni … bl-iskor ta’ 3-2. Iż-żewġ players, Dino Zammit għal Sliema u Jake Ciantar għal Marsaskala skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Kieyan Borg skorja t-tielet wieħed ta’ Sliema. 

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta, 3-Liam Galea, 4-Daniel Rizzo, 5-Mark Meli, 6-Benji Cachia (1), 7-Jayden Cutajar, 8-Matthew Mifsud (3), 9-John Brownrigg, 10-Jamie Gambin (2), 11-Zach Mizzi (2), 12-Dino Zammit (5), 13-André Theuma, 14-Kie­yan Borg (1) – Coach: Beto Fernandez

Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cu­tajar, 4-Paul Privi­tera (1), 5-Raoul Greco (1), 6-Gianluca Galea, 7-Kyle Navarro, 8-Malcolm Manara, 9-David Pace Lupi (2), 10-Gerald Sammut, 11-Jake Ciantar (2), 12-Mark Carani (1), 13-Aidan Musact – Coach: Arpad Babay

Referees: Massimo Angileri, Alessandro Carrer

Ekonomija

Sport