Tuesday, May 14, 2024

“X’se jiġri minn dawk l-embrijuni li jibqgħu ma jiġux adottati? Se jispiċċaw mormija?”

Deputata Nazzjonalista tappella għal test alternattiv għall-genetic testing

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt id-diskors tagħha fid-dibattitu parlamentari dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF, id-deputata Nazzjonalista Graziella Galea sostniet dwar il-bżonn li l-awtoritajiet ikun ta’ sostenn għal dawn il-koppji li jkollhom bżonn it-trattament tal-IVF. 

Galea qalet li għalkemm hi sabet il-kuraġġ li titkellem dwar il-proċess li għaddejja minnu, iltaqgħet ma’ koppji oħrajn li lill-ġenituri tagħhom jgħidulhom li jkunu sejrin fuq btala meta fil-verità jkun qegħdin jagħmlu sigħat fi sptar barra mill-pajjiż biex jingħataw it-trattament.

Hija appellat lill-gvern biex jikkunsidra metodi alternattivi għall-genetic testing u sostniet li dan it-test se jkun qiegħed jagħżel bejn ħajja u oħra, bejn liema ħajja se jkollha l-opportunità li tkompli tiżviluppa u oħrajn li se jispiċċaw friżati għaliex jitqiesu bħala  difettużi. 

Hija staqsiet dwar it-test u l-possibbiltà li jfalli fejn anke fit-tqala naturali kien hemm ġenituri li ntqalilhom li se jkollhom tarbija b’xi kundizzjoni biex imbagħad ma kien hemm xejn minn dan. Min-naħa l-oħra esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-possibbiltà li dan it-test jikkawża ħsara fuq l-embrijun meqjus bħala perfett minħabba li ma jkunx juri sinjali ta’ mard jew xi kundizzjoni.

Staqsiet dwar dawk l-embrijuni li minħabba din l-għażla ta’ dak li f’għajnejn il-koppja jidhru li huma aħjar minn oħrajn se jispiċċaw friżati. Staqsiet dwar hemmx pjan taż-żmien li dawn l-embrijuni se jispiċċaw friżati u jekk finalment dawn jibqgħu hemm għal diversi snin humiex se jispiċċaw jintużaw għal testijiet xjentifiċi jew saħansitra jiġu riġettati għal kollox.

Sostniet dwar l-inklussività u qalet li l-embrijun huwa ħajja umana li jeħtieġ li jiġi trattat b’umanità u jingħata dritt li jgħix.

embrijun huwa ħajja umana u rridu naraw li din trattata b’umanita u din il-ħajja għandha dritt li tgħix. 

Sport