Sunday, November 24, 2024

Waterpolo tal-LEN: Malta tikseb l-ewwel rebħa

Aqra wkoll

Malta……… 13

Iżrael…….. 11

(2-5, 3-3, 3-2 5-1)

It-team nazzjonali Malti kiseb l-ewwel rebħa li kie­net waħda drammatika meta fit-tieni logħba tiegħu fil-  Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo 2024 tal-LEN għeleb lill-Iżrael 13-11 meta f’ċertu ħin ir-rebħa ma dehritx daqstant possibbli. Din kie­net l-ewwel rebħa fl-istorja għall-Maltin fil-gruppi.

L-ewwel sessjoni għalqet b’Iżrael tliet goals minn fuq iżda t-tieni waħda għalqet f’paritá ta’ 3-3. Imbagħad fi tmiem it-tielet sessjoni d- distakk niżel għal żewġ goals biex kien fir-raba’ u l-aħħar sessjoni li l-logħba xaqilbet favur il-Maltin.

Intant it-team Malti kien darbtejn biss minn fuq meta fetaħ l-iskor minn Sam Gia­lanze u lejn it-tmiem meta wara li għamilhom 11-11, sab ix-xibka darbtejn biex kiseb rebħa mill-aktar drammatika, iżda ta’ min jgħid li bl-iskor 11-10 favur Iżrael, Gros kellu penalty jaħbat mal-lasta biex minflok li l-iskor sar 12-10 il-Maltin approfittaw bi tliet goals wara xulxin.

F’dawk li huma goals, ħamsa tal-Maltin ġew minn penalties u wieħed minn man-up waqt li Iżrael skorjaw minn penalty u żewġ man-ups.

Wara l-ewwel goal ta’ Gia­­lanze, Iżrael skorjaw    tliet darbiet b’Jayden Cutajar jnaqqas l-iskor minn penalty bis-sessjoni tagħlaq 5-2 b’żewġ goals oħra minn Iżrael.

It-tieni sessjoni għalqet 3-3 b’Gialanze jiskorja żewġ penalties u goal ta’ Cutajar bi Gros 2 u Yoav Rendler jsibu x-xibka għal Iżrael.

It-tielet sessjoni rebħuha l-Maltin 3-2 b’żewġ man-us ta’ Nikolai Zammit u Jake Muscat u goal ieħor ta’ Gialanze bi Gros u Rendler iwieġbu għall-avversarji tagħ­na.

Bil-Maltin jibdew l-aħħar sessjoni 10-8 minn taħt huma kabbru l-isforzi tagħhom tant li skorjaw ħamsa oħra b’Jake Muscat jiskorja żewġ penalties, it-tieni wieħed tefa’ lit-team 12-11 minn fuq bl-oħrajn jiġu minn Jeremy Abela, Nikolai Zammit u Cutajar li ssiġilla r-rebħa.

Kull team kellu player jintwera l-karta l-ħamra, Mark Castillo għal Malta u Tal Fotin għal Iżrael b’sostituzzjoni wara erba’ minuti.

It-team Malti lagħab hekk: Jake Tanti, Gianni Farrugia, Liam Galea, Mark Castillo, Sam Gialanze 4, Jake Bonavia, Jake Muscat Melito 3, Jaydon Cutajar 3, Jeremy Abela 1, Nikolai Zammit 2, Darren Zammit, Matthias Azzopardi, Benjamin Busuttil.

Il-goals ta’ Iżrael ġew minn Ronen Gros 4, Or Schlein 2, Yoan Rendler 2, Vlad Begin 1, Dor Ketor 1, Tom Grundlyant 1.

Referees: Boris Margeta (Slovenja), Rik Evers (Olanda).

Sport