Wednesday, July 24, 2024

FA Cup: Liverpool fir-raba’ round b’rebħa fuq Arsenal

Aqra wkoll

Fl-aqwa logħba mit-tielet round tal-FA Cup, barra minn darhom Liverpool għelbu lil Arsenal bl-iskor ta’ 2-0 biex ikkwalifikaw għar-round li jmiss.

Iżda Arsenal kellhom jagħlqu l-partita fl-ewwel taqsima iżda ma approfittawx mill-fatt li Liverpool kellhom bosta players regolari neqsin.

Madankollu kienu Liverpool li skorjaw darbtejn mingħajr risposta minn auto-goal ta’ Jakub Kiwior (82) u Luis Diaz (93).

Luton v Bolton – Luton laqgħu lit-team ta’ League One, Bolton,  u sfaw miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals biex dan ir-riżultat jitqies bħala sorpriża.

Issa jridu jerġgħu jilagħbu, din id-darba f‘Toughsheet Community Stadium ta’ Bolton.

Man City v Huddersfield – Manchester City kellhom passiġġata meta laqgħu lit-team taċ-Championship u għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 5-0.

L-iskorers kienu Phil Foden (33, 65), Julian Alvarez (37), Ben Jackson (58 o.g.) u Jeremy Doku (74) li kien qed jirritorna minn injury.

Nottm F. v Blackpool – F’darhom, Nottingham Forest irkupraw minn żvantaġġ ta’ żewġ goals biex spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra t-team taċ-Championship, Blackpool.

Dawn tal-aħħar dehru li kienu resqin lejn ir-rebħa b’goals minn Jordan Gab­riel (25) u Albie Morgan (27) iżda Nicolas Do­min­guez (39) u Morgan Gibbs-White (56) salvaw ir-riżultat għat-team immexxi mill-manager, Nuno Espirito Santo.

West Ham v Bristol C. – Anke West Ham ġew miżmuma f’darhom mit-team taċ-Championship, Bristol City, din id-darba bl-iskor ta 1-1.

Kien Jarrod Bowen (4) li fetaħ l-iskor għall-Hammers iżda Tommy Conway (61) kiseb id-draw għal Robins.

Ekonomija

Sport