Saturday, November 23, 2024

Webinar dwar is-saħħa mentali fid-dawl tal-Covid-19 …diskussjoni dwar x’nistgħu nagħmlu biex nimmaniġġjaw aħjar is-sitwazzjoni preżenti u x’se jsir wara

Aqra wkoll

Ninsabu għaddejjin minn żminijiet bla preċedent, u ħafna minna qed isibuha diffiċli u stressanti biex ikampaw mal-ħajja. L-organizzazzjoni Working Town, flimkien mal-Fondazzjoni Richmond, ħasbet biex torganizza webinar ta’ siegħa bla ħlas li se jitratta s-saħħa mentali fid-dawl tal-imxija tal-Covid-19. Dan se jsir nhar id-29 ta’ Mejju li ġej.

F’dan il-webinar, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Stephanie Dimech Sant u l-Maniġer tal-Fondazzjoni Dragan Donkov se jkunu qed jagħmlu preżentazzjoni u diskussjoni dwar x’nistgħu nagħmlu biex nimmaniġġjaw aħjar is-sitwazzjoni li ninsabu fiha u x’se jsir wara. 

Biex tirreġistra tista’ jidħol fuq is-sit: https://www.mentalwellnessconference.eu/#webinar. 

Għal dan il-webinar se jattendu numru ta’ kelliema oħra li mistennija jieħdu sehem ukoll fil-konferenza dwar il-benesseri mentali fuq il-post tax-xogħol skedata li ssir fid-19 ta’ Novembru li ġej f’pajjiżna. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fuq is-sit www.mentalwellnessconference.eu. 

Il-webinar għandu l-appoġġ tal-General Workers’ Union, l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) u l-Kamra tal-Kummerċ fost oħrajn.

Sport