Thursday, December 26, 2024

Weġġa’ gravi wara tilef il-kontroll tal-mutur f’Bormla

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6.15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq San Nikola Bormla.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 74 sena u residenti l-Birgu kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Lambretta 150, tilef il-kontroll u waqa’.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza għal aktar osservazzjoni medika.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport