Friday, April 26, 2024

X’TAĦSEB MILL-INFRASTRUTTURA TAL-PAJJIŻ?

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar jiem smajna bi proġetti in- frastrutturali li beda għaddej ix-xogħol fuqhom, oħrajn li jinsabu fi stadju avvanzat u anke dawk li hemm ippjanati għaż-żmien li ġej. Qabelxejn irridu nirrikonoxxu li lkoll kemm aħna nintlaqtu b’mod dirett u anke indi- rett mill-qasam infrastrutturali ta’ pajjiżna.

Huwa wieħed mis-suġġetti li spiss ikun fil-qalba tad-diskussjoni politika f’pajjiżna. Huwa fil-qalba tal-ħidma għal livell ta’ għa- jxien aħjar għal kull wieħed u waħda minna, u għalhekk huwa intrinsikament marbut ma’ kemm pajjiż jimxi ’l quddiem u jsaħħaħ il-bażi ekonomika u soċjali tiegħu. Huwa wkoll fil qalb tal-ambizzjonijiet u l-aspirazzjonijiet tal-gvern biex ifassal il-Malta ta’ għada. Malta li tiffoka l-pjan soċjali u ekonomiku fuq infrastruttura ta’ eċċellenza.

Għalhekk, meta wieħed jikkunsidra l-im- portanza ta’ infrastruttura moderna, wieħed
jirrealizza wkoll l-importanza li jsir żvilupp għaqli u maħsub sew f’dan il-qasam. Huwa għalhekk li Gvern Laburista investa f’infra- struttura li tejbet il-kwalità tal-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna, saħħet l-aċċessibbiltà f’kull belt u raħal f’Malta filwaqt li ħolqot bi- lanċ sostenibbli bejn l-impatt ambjentali u n-neċessitajiet tal-poplu Malti u Għawdxi.

Huwa għalhekk li t-tlestija ta’ proġetti infrastrutturali kbar f’żoni partikolari tal-pajjiż fejn l-aktar li kien jinġema’ t-traffiku, qegħdin jagħtu l-frott tagħhom fosthom is-Central Link, l-underpass tal-Imrieħel u l-proġett li sar biswit l-ajruport fost oħrajn. Tajjeb ukoll insemmu l-pjan ambizzjuż ta’ riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

Però l-Gvern ma waqafx hemm. Fil-jiem li għaddew, l-aġenzija Infrastructure Malta nediet il-Junction Swieqi-San Ġiljan, li l-għan wara dan il-proġett kien li jiġi organizzat aħjar l-andament tat-traffiku f’din iż-żona filwaqt li jkunu indirizzati kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà minn u lejn is-Swieqi u San Ġiljan.

Sadanittant, l-aġenzija qed tipproponi wkoll triq ġdida biex mill-karreġġjata ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli, ix-xufiera jkunu jistgħu jidħlu lejn is-Swieqi u San Ġiljan. Il-proġett mistenni jara titjib fl-andament tat-traffiku, inkluż dħul u ħruġ iżjed adegwat minn u lejn is-Swieqi u San Ġiljan. Għal persuni li jaċċessaw iż-żona bil-pass, il-proġett se jaħseb għal mogħdijiet siguri b’bidla konsiderevoli fl- underpass li tinsab bejn Triq is-Swieqi u Triq Santu Wistin.

Nemmnu għalhekk li dawn il-proġetti koll- ha u oħrajn, se jkomplu jagħtu bixra moderna lil pajjiżna kif jixraq fis-snin li ġejjin. Bl-enfasi għandha tibqa’ dik li tiġi provduta infrastrut- tura denja, li tixraq lill-pajjiż u li twassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar.

Sport