Tuesday, December 24, 2024

Weightlifting: Din l-esperjenza kienet l-aqwa waħda ta’ ħajti – Kim Camilleri Lagana

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Fil-jiem li għaddew Kim Camilleri Lagana għamlet isem għaliha u għal pajjiżna meta rebħet il-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-15-il sena tal-Weightifting. Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Kim inshsa fejn tana iktar dettalji rigward dan it-tragwad uniku li rnexxielha tikseb fil-karriera tagħha għalkemm għadha ta’ etá pjuttost żagħżugħa.

Fi kliema stess: “L-esperjenza tiegħi fir-rebħ tal-Kampjonati Ewropej tal-Weightlifting U-15 kienet waħda mill-aqwa, bix-xogħol iebes u t-taħriġ kollu ħallewni nħossni sodisfatt ħafna. Barra minn hekk, li tirrappreżenta lil pajjiżek f’kompetizzjoni bħal din għamlet l-esperjenza aktar speċjali.”

“Barra minn hekk, kont qed nikkompeti kontra atleti ta’ livelli għolin ġejjin minn pajjiżi kbar, u għalhekk tani aktar motivazzjoni biex nerfa’ piżijiet itqal. Waqt il-kompetizzjoni kont qed nikkompeti ras imb’ras kontra l-atleta Torka u minkejja li rnexxielha taqbiżni b’kilogramma fis-snatch ma qtajtx qalbi u rnexxieli naqbiżha b’żewġ kilogrammi fil-clean and Jerk, u bdejt triqti għar-rebħa finali.”

“Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-coach tiegħi Jesmond Caruana kif ukoll lill-coach Rodmar Pulis talli dejjem ħadu ħsiebi, appoġġjawni u emmnu fija. Fil-qosor nixtieq nirringrazzja lill-Assoċjazzjoni tal-Weightlifting ta’ Malta (MWA) għax mingħajrhom din l-esperjenza ma kinitx tkun possibbli.”

Ekonomija

Sport