Tuesday, October 22, 2024

West Ham ferm viċin Lucas Paqueta

Aqra wkoll

West Ham United jinsabu ferm viċin sabiex jakkwistaw lill-plejer Brażiljan Lucas Paqueta. Dan il-plejer għandu 24 sena u jilgħab bħala midfielder offensiv. Qed tissemma’ ċifra ta’  £50 miljun għalih bid-diriġenti tal-Hammers li se jkunu qed jiftiehmu ma’ dawk ta’ Olympique Lyon sabiex dan it-trasferiment iseħħ.

Paqueta lagħab ukoll ma’ Flamengo u AC Milan u ilu jilgħab ma’ Olympique Lyon sa mis-sena 2020 fejn skorja 18-il goal f’67 partita.

Sport