Thursday, July 30, 2026
Home Sport Sandro Tonali viċin li jġedded ma’ AC Milan 

Sandro Tonali viċin li jġedded ma’ AC Milan 

0
707

Il-player internazzjonali Taljan Sandro Tonali mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ AC Milan għall-ħames snin li ġejjin sabiex b’hekk jibqa’ jilgħab mar-Rossoneri sas-sena 2027.

Tonali jidher ferm determinat li jkompli l-avventura pożittiva tiegħu fil-belt ta’ Milan bl-ogħla awtoritajiet tal-klabb li qed iwiegħduh titjib fis-salarju tiegħu.

Tonali għandu 22 sena u ngħaqad ma’ AC Milan fis-sena 2020 mingħand Brescia. B’kollox hu lagħab 62 partita u skorja ħames goals bil-flokk Rossonero.