Il-plejer Ingliż u ex-stilla ta’ West Ham United Joe Cole, kien qed jitkellem waqt intervista f’sit elettroniku li jispeċjalizza fis-suq tat-trasferimenti fejn sostna li l-Hammers tilfu ċ-ċans li jiffirmaw lil Jose Mourinho bħala kowċ il-ġdid tagħhom.
Madankollu, żied jgħid li huma xorta waħda għamlu għażla eċċellenti billi ħatru lil Nuno Espírito Santo, li ħa post Graham Potter fit-tmexxija tat-tim. Skont Cole, Nuno huwa l-aħjar għażla li jmiss wara Mourinho u jista’ jagħti direzzjoni ġdida lill-klabb.
Eventwalment Mourinho ngħaqad ma’ Benfica u b’hekk il-Hammers ma setgħux jiġru iktar warajh.