West Ham United issottomettew offerta ta’ £50 miljun għall-midfielder ta’ Leeds United, Kalvin Phillips.
Il-player ta’ 26 sena għamel 15-il dehra mal-Whites matul l-istaġun 2021-22 iżda ilu barra mill-azzjoni mill-bidu ta’ Diċembru minħabba problema fil-hamstring.
Numru ta’ clubs, fosthom Manchester United, Manchester City u Liverpool, jingħad li ilhom ammiraturi tal-player internazzjonali Ingliż.
Madankollu, West Ham issa avviċinaw lil Leeds b’offerta ta’ £50 miljun għall-midfielder, bil-Hammers ħerqana li jinkluduh flimkien ma’ sieħbu mal-Ingilterra Declan Rice fil-London Stadium.
It-team immexxi minn David Moyes irid li Phillips jingħaqad mal-club dan ix-xahar iżda huma wkoll lesti li jistennew sal-aħħar tal-istaġun biex jassiguraw is-servizzi tiegħu.
L-Ingliż, li fadallu sentejn u nofs fil-kuntratt tiegħu f’Elland Road, għamel 226 dehra ma’ Leeds fil-kompetizzjonijiet kollha minn meta ddebutta fl-2014.