Monday, May 13, 2024

West Ham Utd jegħlbu lil Chelsea b’10 players

Aqra wkoll

Hekk kif tkompliet tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Premier League fl-Ingilterra, West Ham United u Aston Villa rreġistraw rebħiet fuq Chelsea u Everton rispettiavment. Dan filwaqt li tard is-Sibt filgħaxija Man City għelbu l-isfida ta’ Newcastle United. 

West Ham U. v Chelsea

West Ham United ġewwa darhom ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 3-1. Kienu l-Hammers li fetħu l-iskor permezz ta’ Nayef Aguerd (7). Chelsea wettqu reazzjoni tajba u ġabu l-iskor indaqs minn Carney Chukwemeka (33). Il-Blues tilfu ċans tad-deheb li jaqilbu l-iskor favurihom meta fallew penalty minn Enzo Fernandez. U ta’ dan pattaw qares meta Michail Antonio (53) reġa’ tefa’ lil West Ham fl-vantaġġ. Fis-67 minuta, il-Hammers spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta fit-43 minuta tkeċċa għalihom il-player Nayef Aguerd wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. Madankollu, huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal permezz ta’ penalty ta’ Lucas Paqueta (95). 

Aston Villa v Everton

Aston villa ġewwa darhom għelbu lil Everton bl-iskor kbir ta’ 4-0, bil-goals għalhom jaslu minn John McGinn (18), Luiz Douglas (24) minn penalty, Leon Bailey (51) u Jhon Duran (75). Kienet partita li Villa ddominaw għal kollox tul id-90 minuta. Min-naħa l-oħra Everton iddiżappuntaw bil-kbir u qatt ma kienu inċisivi fil-partita. 

Man City. v Newcastle U.

F’partita li ntlagħbet tard is-Sibt filgħaxija Man City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Newcastle United, bil-goal tant importanti għalihom jasal minn Julian Alvarez (31).

Sport