Monday, April 29, 2024

“Wettaqna proġetti li kienu ilhom fuq l-ixkaffa”- Il-Ministru Chris Bonett

Aqra wkoll

“Is-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna ġab miegħu attivitajiet bla preċident fil-port tagħna. Wettaqna proġetti li kienu ilhom ħafna fuq l-ixkaffa u dan il-Gvern ħa ħsieb li jirranġa mal-200 triq. Ir-riżultat ta’ dan huwa li minkejja l-attivita’ rekord ta’ nies li jużaw it-toroq tagħna, l-amont ta’ stennija fit-traffiku hija kemm kemm inqas minn dik li kienet fil-boom ekonomiku”

Dan qalu il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Chris Bonett f’diskors li kien qed jindirizza fil-Parlament, hekk kif kien hemm il-kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar ir-Rapport Annwali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għas-sena 2022

Il-Ministru tat-Trasport qal li jinsab konxju li bħalissa qegħdin f’era transformattiva għas-settur tat-trasport u spjega li l-fatt li aħna gżira żgħira, din toħloq sfidi importanti li fejn jidħol it-trasport. Qal li għalhekk trid issir ħidma strateġika b’viżjoni li tkun ċara.

Il-Ministru qal ukoll; “Hekk kif pajjiżna isir iktar modernizzat u żviluppat, iċ-ċittadini tagħna qegħdin jesieġu dejjem iktar li jkollna pajjiż sostenibbli. Tajjeb ngħidu li l-viżjoni tagħna f’dan is-settur qed tinbidel, ma għadhiex bħal ta’ dahri, mhux li niftaħru kemm daħħalna karozzi ġodda fil-pajjiż”.

Tenna li qed jaspira li fil-pajjiż ikollna aktar mobilità ambjentali, intelliġenti u effiċjenti u li l-mentalità ta’ pajjiżna trid u qegħda tinbidel. Temm jgħid; “Inkun ottimist li nara din il-viżjoni moderna qegħda tiġi riflessa wkoll propju bix-xogħol li qed nagħmlu fis-settur tat-trasport”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport