Monday, April 29, 2024

“Dejjem ħdimna u se nkomplu naħdmu fejn tidħol il-familja”- Il-Ministru Jonathan Attard

Aqra wkoll

“Aħna dejjem għarafna l-familja bħala l-bażi u għalhekk għaddejjin bl-aħħar preparamenti sabiex nhar is-Sibt illi ġej jkollna laqgħa ta’ konsultazzjoni qabel immorru għal konsultazzjonii pubblika. Dan sabiex nifhmu u nagħrfu iktar dwar l-importanza ta’ dan is-suġġett”

Dan iddikjarah il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard, hekk kif fil-Parlament kien hemm il-kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar ir-Rapport Annwali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għas-sena 2022

Il-Ministru Attard qal li s-sostenibilità hija diskussjoni importanti għal kulħadd sabiex jifhem dwar il-futur mhux biss ta’ uliedna imma anke ta’ ulied uliedna. Permezz tas-Sustainalble Development Goals, il-Gvern ħadem qatigħ u se jkompli jaħdem sabiex jipprovdi futur mill-sbaħ għall-ġenerazzjoni futura.

Irrimarka kif fi żminijiet diffiċli, il-Gvern għamel dak kollu li seta’ sabiex jieħu ħsieb lis-soċjeta’, partikolarment lill-familji. Il-Ministru Attard għamel ukoll referenza għall-Qorti, fejn qal illi din qed taħmel dak kollu possibli biex toffri fost l-aqwa servizz.

Sostna li hemm diversi professjonisti legali li jassistu fil-Qorti, inkluż dawk fl-iverrifikar. Huwa rrefera wkoll għall-Parlament, fejn qal; “Dan il-Parlament propju din il-leġiżlatura ddefenixxa l-kunċett tal-femiċidju bħala qtil ta’ mara jew tifla minn persuna b’motivazzjoni li ġejja miill-ġeneru. Jiddistingwina għax kellna il-kuraġġ”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport