Wednesday, April 24, 2024

Wiċċ l-omm xegħel għal anqas minn ħames minuti… Is-salvataġġ ntemm fi traġedja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-istorja taċ-ċkejken Rayan intemmet fi traġedja. Minkejja li għal ħamest ijiem sħaħ, it-tifel ta’ ħames snin baqa’ juri sinjali ta’ ħajja qalb kundizzjonijiet xejn mixtieqa fosthom kesħa u dlam, sfortunatament it-tama tiegħu li jingħaqad ma’ ommu u missieru ntemmet ħesrem ftit minuti wara.

Skont rapporti fil-midja, l-omm kellha wiċċha mixgħul mill-ġdid wara jiem ta’ stennija barra l-bokka tal-bir li kien spiċċa fih binha, iżda sfortunatament din id-dija ma tantx damet.

Minkejja li fl-ewwel rapporti, sekondi biss wara s-salvataġġ, dehret folla tiċċelebra s-suċċess tas-salvataġġ, jidher li dan il-ferħ dam biss ftit anqas minn ħames minuti.

F’kumment li għadda qabel it-tifel deher ħiereġ mill-bir,missieru qal li kien qiegħed isewwi l-bir fil-ħin tal-inċident. Irrakkonta kif f’ħin minnhom neħħa għajnejh minn fuqu u ċ-ċkejken spiċċa fil-bir.

Sport