Saturday, December 21, 2024

Wieħed miċ-ċentri l-ġodda tal-volontarjat f’Kordin se jissemma għal Jake Vella

Aqra wkoll

“Fl-aħħar sigħat id-deċiżjoni tal-Gvern kienet illi wieħed miċ-ċentri l-ġodda tal-volontarjat illi se nkunu qegħdin niftħu fix-xhur li ġejjin. Qed nirreferi għal Kordin, li ser ikun iddedikat għal Jake u allura l-memorja ta’ Jake se tibqa’ ħajja fost il-voluntiera kollha li tul is-snin li ġejjin se jaħdmu b’xejn għal volontarjat”

Dan kien il-messaġġ li wasslet il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Julia Farrugia Portelli waqt programm fuq FLiving. Il-Ministru spjegat li matul ħajtu, Jake bagħat messaġġ, li minkejja d-diffikultá li kellu, kbira kemm kiene kbira, dik l-isfida kien kapaċi joħloq minnha ferm aktar b’saħħitha.

Irrimarkat li hu ġġieled dik it-tbatija li kien għaddej minnha b’affarijiet straordinarji li għamel tul ħajtu. Tenniet li dan permezz tal-ħin li fl-isports biex jiġbor fondi għal dawk li ma għandhomx vuċi u għall-annimali abbandunati.

Farrugia Portelli enfasizzat li Jake kien persuna ta’ eżempju għal bosta tfal u żgħażagħ, b’mod speċjali dawk li jkunu għaddejjin minn ċertu sfidi f’ħajjithom

Ekonomija

Sport