Friday, December 13, 2024

Wieħed mill-ewwel piloti militari suwed fl-Amerika jmut fl-età ta’ 102

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt ta’ Charles McGee meqjus bħala l-pilota Amerikan li ġġieled kontra r-razziżmu u s-segregazzjoni fil-militar.

Huwa miet fl-età ta’ 102 waqt l-irqad u skont ma’ qalu l-qraba tiegħu huwa miet b’idejh fuq qalbu u bi tbissima serena fuq wiċċu.

Matul il-perjodu tiegħu fl-armata huwa wettaq aktar minn 400 missjoni u kien jifforma parti mill-ewwel unit li kienet tikkonsisti minn suldati ta’ karnaġġjon skur. Huwa serva fit-Tieni Gwerra Dinjija kif ukoll fil-Vjetnam u fil-Kunflitti Koreani.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm is-Segretarju għad-Difiża Lloyd Austin li filwaqt li b’sobgħa jilqa’ l-aħbar tal-mewt tiegħu, jinsab verament grat għas-sagrifiċċji u l-karattru tiegħu li se jibqgħu jħallu legat wara mewtu.

McGee kien imsejjaħ biex iservi lil pajjiżu lura fl-1942 meta kellu 23 sena u dak iż-żmien kien wieħed mill-ewwel piloti ta’ karnaġġjon skur.

Huwa baqa’ attiv fil-qasam u wara li rtira għamel snin jaqsam l-esperjenzi tiegħu tal-armata mal-istudent li kienu juru interess fl-avjazzjoni.

McGee ċċelebra għeluq il-100 sena tiegħu jagħmel dak li l-aktar kienu jħobb, b’titjira fuq jet.

Ekonomija

Sport