Saturday, November 16, 2024

Wieħed minn kull ħames pazjenti infettat bil-Covid-19 jispiċċa jbati bi problemi ta’ saħħa mentali

Aqra wkoll

Kważi wieħed minn kull ħames pazjenti li kienu pożittivi għall-Covid-19 spiċċaw ibatu minn kundizzjonijiet psikjatriċi, fosthom ansjetà, dipressjoni jew nuqqas ta’ rqad (insomnia) sa tliet xhur mindu rriżultaw pożittivi għall-virus.

Dan joħroġ minn studju li jissuġġerixxi l-ħtieġa ta’ azzjoni biex tkun mitigata l-kwistjoni tas-saħħa mentali kaġun tal-pandemija.

L-analiżi – li twettqet minn riċerkaturi mill-Università ta’ Oxford – sabet ukoll li dawk il-persuni li kienu jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali kellhom 65% aktar ċans li jirriżultaw pożittivi għall-Covid-19 minn dawk li ma kinux ibatu minn problemi ta’ saħħa mentali.

Il-kalkulazzjonijiet tal-analiżi kienu bbażati fuq madwar 70 miljun rekord ta’ saħħa ta’ persuni fl-Istati Uniti, inkluż aktar minn 62,000 każ ta’ Covid-19 li ma kienx jinħtieġ kura fi sptar.

L-inċidenza ta’ dijanjożi ta’ problemi ta’ saħħa mentali bejn 14 u 90 jum wara li persuna tirriżulta pożittiva għall-Covid-19 kienet tammonta għal 18.1%, inkluż dawk li ġew dijanjostikati għall-ewwel darba.

Ekonomija

Sport