Wilfried Zaha xtara club mill-Ivory Coast bl-isem ta’ Espoir Club D’Abengourou.
Zaha, li huwa player internazzjonali tal-istess pajjiż, emigra lejn Londra flimkien mal-familja tiegħu meta kien għad kellu erba’ snin.
Huwa xtara dan il-club flimkiem ma’ ħuh, Carin, li l-irwol tiegħu huwa li jissorvelja t-tmexxija tal-fondazzjoni tiegħu, li hija ddedikata biex ittejjeb il-ħajja tan-nies.
Espoir Club D’Abengourou jilgħab fir-raba’ livell tal-football Ivorjan u l-ambizzjoni tagħhom hija li jilagħbu fl-ogħla diviżjoni.
“Għandna akkademja ta’ Taħt id-19-il sena u f’dan l-istaġun se nilagħbu f’Division Honneur,” qal Carin.
“L-objettiv huwa li nilagħbu fl-ogħla diviżjoni. Iżda rridu nitilgħu tarġa tarġa. Peró l-ewwel irridu li ż-żgħażagħ tagħna jkunu f’forma tajba u jiksbu esperjenza.”