Friday, July 24, 2026
Home Sport Willy Kambwala se jħalli lil Man Utd

Willy Kambwala se jħalli lil Man Utd

0
140

Id-difensur ta’ Manchester United Willy Kambwala jinsab ferm viċin li jitlaq minn Old Trafford sabiex jingħaqad ma’ Villareal fi Spanja.

Il-plejer ta’ 19-il sena kellu d-debutt tiegħu mat-tim tal-kbar f’Diċembru li għadda wara li għadda minn problemi fiżiċi minħabba injury f’siequ.

B’kollox hu lagħab 10 logħbiet taħt il-kowċ Erik Ten Hag u hu magħruf għas-saħħa fiżika tiegħu.