Sunday, November 24, 2024

Wimbledon: Novak Djokovi u Carlos Alcaraz fil-finali

Aqra wkoll

Novak Djokovic u Carlos Alcaraz għaddew għall-finali tal-irġiel tat-tournament ta’ Wimbledon li huma se jikkontestaw għada wara nofs in-nhar. Is-Serb elimina lit-Taljan Jannik Sinner waqt li l-Ispanjol warrab l-isfida tar-Russu, Daniil Medvedev.

B’din ir-rebħa Djokovic wasal sal-finali għall-ħames sena konsekuttiva b’rebħa do­mi­nanti fuq Sinner bit-tieni seed jirbaħ 6-3 6-4 7-6 (7-4) kontra t-tmien seed, li ħallietu rebħa bogħod minn mir-rekord tat-tmien titlu tal-irġiel.

Djokovic, 36 sena, jista’ wkoll jilħaq ir-rekord ta’ 24 titlu maġġuri tal-Awstraljana Margaret Court.

Se tkun ukoll rekord ta’ 35 dehra fil-finali ta’ Grand Slam għal Djokovic wara li qabeż l-ammont li qabel kien qed jaqsam mal-Ame­rikan Chris Evert.

Djokovic ilu ma jitlef partita kompluta f’Wimbledon mill-2016 u ilu ma jiġi megħlub fuq is-Centre Court mill-2013.

Il-kuntrast bejn Djokovic u Sinner f’termini ta’ esperjenza kien mikxuf mill-istatistika ta’ qabel il-partita – u sostnut fir-realtà matulha.

Sinner, ta’ 21 sena, kien qed jilgħab l-ew­wel semi-finali tiegħu tal-Grand Slam, filwaqt li Djokovic kien qed jikkontesta s-46 semi-finali maġġuri – daqs ir-rekord ta’ kull żmien tal-irġiel ta’ Roger Federer.

Djokovic, li għalaq 36 sena f’Mejju, kien qed jagħmel tentattiv biex isir it-tielet player anzjan fl-era Open li wasal sal-finali. Sinner kien qed jimmira li jsir l-iżgħar mill-2007.

Alcaraz sar ir-raba’ l-iżgħar finalista ta’ Wimbledon fl-era Open mill-1968 meta għe­leb lil Medvedev 6-3, 6-3, 6-3 f’siegħa u 49 minuta.

Waqt li jikkompeti taħt is-saqaf fuq is-Center Court, l-Ispanjol ta’ 20 sena wera l-ħila u l-qawwa devastanti tiegħu biex sar it-tielet player Spanjol li laħaq il-partita għat-titlu f’SW19, meta ngħaqad maċ-champion tal-1966, Manuel Santana, u r-rebbieħ darbtejn, Rafael Nadal.

In-numru wieħed tad-dinja uża d-drop shot b’effett kbir biex jegħleb lil Medvedev fil-finali ta’ Indian Wells f’Marzu u wettaq it-tattika għal darb’oħra fuq il-ħaxix ta’ Londra, waqt li kixef il-pożizzjoni ta’ deep court tal-avversarju tiegħu. 

Bis-46 rebħa tiegħu f’livell tat-Tour tal-istaġun, Alcaraz ġab id-draw ma’ Medvedev fl-aktar logħbiet mirbuħa fit-Tour din is-sena. Iċ-champion tal-US Open tal-2022 issa se jimmira li jmur ‘il bogħod mit-tielet seed meta jiffaċċja r-rebbieħ seba’ darbiet f’Wimbledon, Djokovic, fil-finali.

Alcaraz u Djokovic jinsabu 1-1 fil-konfronti kontra xulxin wara li s-Serb ħareġ rebbieħ fis-semi-finali f’Roland Garros f’Mejju li għadda b’Alcaraz jirbaħ l-ewwel wieħed, l-ATP Masters 1000 F’Madrid fl-2022.

Sport