Il-Brittaniku Cameron Norrie ma setax jikkapitalizza minn bidu kunfidenti hekk kif Novak Djokovic issielet lura biex wasal għall-finali tas-singles tal-irġiel ta’ Wimbledon.
Norrie, 26 sena, kien qed jagħmel tentattiv biex isir biss ir-raba’ Brittaniku li jasal sal-finali f’SW19 fl-Era Open.
Iżda wara li rebaħ l-ewwel set, huwa tilef 2-6 6-3 6-2 6-4 mas-seed numru wieħed.
Is-Serb Djokovic, li sejjer għar-raba’ titlu konsekuttiv u s-seba’ ġenerali, se jiffaċċja lill-Awstraljan Nick Kyrgios fil-finali ta’ għada.
Il-player ta’ 35 sena se jipprova wkoll għall-21 titlu tal-Grand Slam, li jpoġġih wieħed biss wara r-rekord ta’ kull żmien ta’ Rafael Nadal.
Nadal, 36 sena, kellu jiffaċċja lil Nick Kyrgios fit-tieni semi-finali tal-Ġimgħa, iżda rtira mill-partita nhar il-Ħamis fil-għaxija minħabba injury abdominali. Issa Djokovic għandu