L-Isvizzeru Roger Federer, rebbieħ ta’ tmien titli ta’ Wimbledon, ġie onorat fis-Centre Court b’ċerimonja speċjali fit-tieni jum ta’ dan it-tournament, wara l-kisbiet tiegħu.
Huwa ngħata ovazzjoni tremenda minn dawk kollha preżenti hekk kif beda nieżel it-taraġ tar-Royal Box meta kien il-mistieden speċjali.
Tikkumpanja lil Federer kien hemm il-mara u l-familja tiegħu, flimkien mal-Prinċipessa ta’ Wales, Kate.