Saturday, December 21, 2024

Wirja pożittiva għal Jesmar Gafa f’Pariġi

Aqra wkoll

Jesmar Gafa pparteċipa f’isem il-Malta Racing Club fil-Coupe Intecontinentale des Amateurs ġewwa l-korsa ta’ Vincennes Pariġi s-Sibt 27 ta’ Jannar fejn ikkompeta kontra 13-il ġerrej amateur oħra minn ġewwa l-Ewropa kollha.

EXOTIC JET, iż-żiemel ta’ Jesmar Gafa kien wieħed mill-outsiders tat-tiġrija, iżda irnexxielu jikseb il-ħames post. Wara bidu tajjeb fejn Jesmar Gafa poġġa liż-żiemel tiegħu isegwi għall-1000 metru, Jesmar Gafa kellu jitlob liż-żiemel tiegħu għal sforz kmieni sabiex jevita żwiemel illi għajjew quddiemu. B’attakk tajjeb EXOTIC JET irnexxielu joqrob lejn ras it-tiġrija u tela’ anke sat-tielet post, qabel naqqas xi ftit mill-veloċità tiegħu meta t-tiġrija daħlet fil-qofol tagħha. Fl-aħħar 500 metru EXOTIC JET issielet tajjeb u rnexxielu jżomm għalih il-ħames pożizzjoni.

It-tiġrija ġiet mirbuħa minn Fergie Highland misjuq mid-Daniż Martin Andreasen filwaqt illi fit-tieni post spiċċa Hanugan misjuq mill-Isvediża Hanna Lähdekorpi. L-aħħar post fuq il-podju ħadu Gloire de Fleury misjuq min-Norveġiż Robert Kruse.

Ekonomija

Sport