Fi tmiem din il-ġimgħa kien hemm ir-ritorn bejn il-lasti tal-goalkeeper Pollakk Wojciech Szczesny hekk kif it-team nazzjonali lagħab kontra Wales u l-Olanda.
Il-goalkeeper ta’ 32 sena deher fl-aqwa forma possibbli hekk kif salva fejn seta’ diversi ċansijiet li l-avversarji ħolqu.
Dan kollu hu wkoll aħbar tajba għal Juventus li b’hekk se jkunu jistgħu jużawh għall-partiti tal-kampjonat u anke l-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League wara li għal dawn l-aħħar ġimgħat kien qed jilgħab Mattia Perin.