Tuesday, May 14, 2024

Harry Kane jibqa’ l-ħolma ta’ Bayern Munich

Aqra wkoll

Bayern Munich għadhom ifittxu dak l-iskorer prolifiku li jista’ jiskorja gowl wara l-ieħor, l-istess bħalma kien l-attakkant Pollakk Robert Lewandowski li issa mar jilgħab fi Spanja ma’ Barcelona.

Id-direttur ġenerali tal-Bavarjani Oliver Kahn qed jirsisti ferm sabiex iġib lill-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane lejn l-Allianz Arena bit-tama li jsib player li kapaċi jkun deċiżiv għat-tim tiegħu.

Matul dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf, it-team minn Munich akkwista wkoll lil Sadio Mane iżda dan għandu bżonn aktar għajnuna fl-attakk skont ħafna kritiċi tal-futbol Ġermaniż.

Sport