Il-Federazjoni Dinjija tal-WUMA (World United Martial Arts) fejn il-Klabb tal-Wu Shu Ky Malta mmexxi mill-Head Coach Alan Borg huwa affiljat, irċieva stedina biex imexxi Asian training camp fil-belt ta’ Kandy li tinsab ġewwa Sri Lanka jew kif jafuha ta’ qabilna, Ceylon. Kemm il-kowċ Alan Borg flimkien mal-assistant Coach Manuel Grima ġew milqugħa ferm tajjeb, fosthom bi bnadar ta’ Malta iperpru, f’ċerimonja tal-ftuħ bi stil Asjatiku.
Kienet esperjenza sabiħa ħafna, fejn attendew madwar 120 student. Waqt it- taħriġ, kellna l-okkażjoni li nkunu preżenti għal tliet Studenti Lankani li ġew preżentati iċ-cinturin l-iswed. Is-sabiħ tal-isport, min hu fih, hu dak li jlaqqgħek ma’ atleti ta’ kulturá differenti, taqsam ċerti esperjenzi li kull kowċ ikun normalment jgħallem fejn tara u tibqa’ titgħallem.
Din kienet okkażjoni u fl-istess ħin opportunitá għall-erba’ membri tat-Team Wu Shu Ky Malta. Alan Borg jixtieq jieħu spunt fejn jirringrazzja l-entitá ta’ SportMalta, l-assoċjazzjoni tal-Malta Combat Sports, l-MTA u lil dawk in-nies li ġabulna affarijiet fejn aħna qassamna ħwejjeg, slippers eċċ. F’ċerti żoni ġewwa Sri Lanka għad hemm faqar kbir tant li ċerti atleti lanqas slipper ma kellhom.
Tieħu pjacir tara dawn in-nies japrezzaw u r-rispettt kbir li urew lilna bħala Maltin. .
Intant, fil 25 t’April ġewwa s-Siġġiewi ħa tiġi organizzata Combat Sports Charity Event b risq id-Dar tal-Providenza. Iktar dettalji jitħabbru fiż-żmien li ġej.