Saturday, November 23, 2024

Wuhan mistennija tittestja l-popolazzjoni kollha ta’ 11-il miljun għall-Coronavirus

Aqra wkoll

Wara li matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew irrapportati l-ewwel każi ġodda ta’ Coronavirus f’Wuhan, din il-belt qiegħda tippjana li tagħmel testijiet bl-aċidu nuklejku fuq perjodu ta’ għaxart ijiem. 

Dan jirriżulta minn dokumenti li rat l-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters. Kull distrett tal-belt intalab jissottometti pjan dettaljat ta’ ittestjar sal-lum. Dan wara li lbieraħ qam allarm kbir minħabba ċ-ċans li jkun hemm it-tieni mewġa, u dan hekk kif l-infezzjonijiet fil-Ġermanja żdidu u r-rata ta’ riproduzzjoni tal-virus reġgħet telgħet fuq il-livell ta’ 1. 

Wuhan irrapportat l-ewwel cluster ta’ infezzjonijiet sa minn mindu l-belt kienet magħluqa kompletament xahar ilu. Peress li hi l-bidu ta’ minn fejn oriġina dan il-virus, allura hemm tħassib li jerġa’ jkun hemm firxa wiesgħa. 

Dawn il-ħames każi ġodda, li kollha ġejjin mill-istess residenza, ħarġu waqt li ċ-Ċina qiegħda terġa’ tibda tiftaħ biex in-negozji jerġgħu jibdew jaħdmu u n-nies jirritornaw ix-xogħol. 

L-awtoritajiet tas-saħħa qed jgħid li jridu jagħmlu minn kollox biex jevitaw li jerġa’ jkun hemm din il-firxa. 

Sport