Il-kowċ ta’ Bayer Leverkusen Xabi Alonso kien mistoqsi għal darba darbtejn dwar l-għidut li ħafna qed jitkellmu li se jkun qed imexxi lil Real Madrid sa minn Lulju li ġej.
Alonso, li rebaħ il-kampjonat mat-tim minn Leverkusen, qal li l-ewwelnett għandu relazzjoni tajba ħafna ma’ Carlo Ancelotti hekk kif jiftakru l-kowċ tiegħu għalkemm sostna li ninsabu f’nofs l-istaġun u kull spekulazzjoni issa ma tantx tagħmel ġid.
Alonso appella lill-ġurnalisti sabiex iħallu lill-kowċ veteran bi kwietu jagħmel xogħlu għax wara kollox kull tim jgħaddi minn kriżi.