Tuesday, November 19, 2024

Xabi Alonso l-aktar favorit li jkun is-suċċessur ta’ Jurgen Klopp f’Liverpool

Aqra wkoll

Jurgen Klopp ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jħalli lil Liverpool fi tmiem l-istaġun u Xabi Alonso huwa fost l-ismijiet li jistgħu jieħdu post il-manager Ġermaniż.

Naturalment, li jidħol fiż-żarbun ta’ Klopp huwa kompitu kważi impossibbli. Il-mana­ger ta’ 56 sena hu adurat f’Liverpool u r-rabta li bena mal-partitarji hija rripressibbli.

Madankollu, Liverpool se jkunu mġiegħla jfittxu s-sostitut tiegħu u l-ħsieb ta’ Alonso fil-Premier League huwa estremament eċċi­tanti.

Il-coach Spanjol diġà għandu relazzjoni mal-fidili ta’ Liverpool miż-żmien li kien jilgħab magħhom u dan l-aħħar ilu jagħmel xogħol tajjeb ħafna fil-Ġermanja.

Alonso bħalissa jinsab fil-quċċata tal-Bundesliga ma’ Bayer Leverkusen u t-team tiegħu dan l-aħħar kien ta’ pjaċir ħafna.

Bayern Munich irnexxielhom jirbħu 11-il titlu konsekuttiv tal-Bundesliga, iżda din id-darba t-team ta’ Alonso qisu qed iħarbtilhom il-pronostiku. Għad fadal triq twila, iżda Leverkusen jistgħu jiftaħru b’vantaġġ ta’ erba’ punti kif inhuma l-affarijiet bħal­issa.

Flimkien ma’ li huwa msemmi ma’ Liverpool, Alonso jidher li għandu l-ammiraturi tiegħu f’Bayern u f’Real Madrid ukoll.

Meta mistoqsi dwar l-ispekulazzjonijiet li jorbtuh max-xogħol ta’ Liverpool, Alonso qal lill-ġurnalisti: “L-ispekulazzjoni hija normali, l-attenzjoni tiegħi hija hawn fuq Bayer Leverkusen.

“Jien kuntent ħafna f’Leverkusen mal- players tiegħi bħalissa. Sorpriża kbira f’Li­verpool, ovvjament – għal dak li għamel Jurgen f’Liverpool għandi rispett u ammirazzjoni kbira.”

Imxejna ‘l quddiem u ngħatat ħarsa aktar mill-qrib lejn il-karriera maniġerjali ta’ Alonso s’issa fejn ġew magħżula seba’ statsistiċi li juru li huwa l-eredi naturali ta’ Klopp f’Liverpool.

*Alonso għandu persentaġġ ta’ rebħ ta’ 64.06% f’Leverkusen. Għall-kuntest, Klopp irnexxielu jkollu persentaġġ ta’ rebħ ta’ 56.4% matul iż-żmien tiegħu ma’ Borussia Dortmund.

*Minn meta nħatar bħala coach ta’ Bayer Leverkusen f’Ottubru, 2022, Alonso rnexxielu jakkumula 93 punt minn 132 possibbli.

*Bayer huma l-uniku team fl-aqwa ħames kampjonati tal-Ewropa li għad iridu jitilfu partita dan l-istaġun. B’mod impressjonanti, huma jiftaħru b’rekord bla telfa fil-Bundesliga, fl-Europa League u fit-Tazza DFB.

*Kif inhuma l-affarijiet, Bayer huma proġettati li jispiċċaw l-istaġun b’96 punt ibbażati fuq il-punti attwali tagħhom għal kull logħba. Dan it-total ikun rekord ġdid tal-Bundesliga.

*It-team ta’ Alonso jieħu medja ta’ 16.94 xutt għal kull 90. Madwar l-aqwa ħames kampjonati tal-Ewropa, Liverpool u Bayern Munich biss irnexxielhom aktar minn dak it-total dan l-istaġun.

*Bayer skorjaw 2.67 goals għal kull 90 fil-Bundesliga dan l-istaġun. Bayern Munich biss għandhom rekord superjuri għal dan fl-aqwa ħames kampżjonati Ewropej.

*It-team ta’ Alonso ħoloq xG mhux penali ta’ 1.97 għal kull 90 fil-Bundesliga. Għall-kuntest, Liverpool ħolqu xG mhux penali ta’ 1.94 għal kull 90.

Minbarra Alonso qed jissemmew bosta ismijiet biex jidħlu minflok Klopp fis-siġġu ‘jaħraq’ ta’ Anfield. Dawn huma:

Roberto De Zerbi – bħalissa qed imexxi lil Brighton fil-Premier League bit-Taljan ta’ 44 sena jidher li impressjona lill-kapijiet ta’ Liverpool bit-tattiċi versatili tiegħu.

Luis Enrique – L-Ispanjol ta’ 53 sena li qabel kien il-coach nazzjonali ta’ Spanja, illum jinsab ma’ Paris St-Germain, kellu perjodu ferm pożittiv bejn l-2014 u l-2017 ma’ Barcelona meta rebaħ iċ-Champions League, żewġ titli ta’ La Liga, tliet Copa del Rey, is-Super Cup, il-FIFA Club World Cup u s-Super Cup Spanjola.

Steven Gerrard – Isem li żgur ikun imsemmi mal-post li se jitbattal dalwaqt bil- leġġendarju tal-club, 43 sena, jista’ ikun wieħed li ħafna jriduh ikun il-mexxej tal-club li lagħab il-karriera kollha miegħu. S’issa għadu ma għamilx furur fil-perjodi żgħar li kien ma’ Rangers, Aston Villa u issa ma’ Al-Ettifaq.

Pep Lijnders – L-assistent ta’ Klopp ukoll mistenni jħalli l-club iżda jista’ jiġi mitlub biex jibqa’ f’Anfield. Għandu 41 sena u ħadem f’żewġ perjodi mar-Reds.

Erbgħa oħra ta’ isem kbir iżda forsi b’inqas ċansijiet minn dawk imsemmija huma l-Ġermaniż Julian Nagelsmann, li qed imex­xi lit-team nazzjonali Ġermaniż, l-Aws­traljan Ange Postecoglu, li meta kien tifel kien partitarju kbir ta’ Liverpool u llum jinsab ma’ Tottenham, l-Arġentin Diego Simeone, u l-Franċiż Zinedine Zidane, li huwa coach ta’ profil għoli li rebaħ ċ-Champions League   tliet darbiet ma’ Real Madrid.

Oħrajn li qed jissemmew u li jinsabu mingħajr club huma l-eks tagħhom, Rafael Be­nitez, Antonio Conte, Jose Mourinho, Graham Potter, Joachim Low u Julen Lopetegui.

Ekonomija

Sport