Friday, December 20, 2024

Xabla tintuża f’argument bejn grupp ta’ persuni f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Erba’ persuni ttieħdu l-isptar wara li iktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4:15 a.m. seħħ argument bejn diversi persuni fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan. 

Il-Pulizija tad-Distrett, assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, marru fuq il-post fejn minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li kien qam argument bejn diversi rġiel. Allegatament, waqt l-argument intużat xabla u oġġett tal-ħġieġ. 

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lil Libjan ta’ 36 sena, Iranjan ta’ 24 sena, Ingliż ta’ 28 sena u raġel ieħor li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, sakemm setgħu jittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanzi li ssejħu fil-post. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. Ħames barranin oħra qegħdin jassistu lill-Pulizija f’dawn l-investigazzjonijiet. 

Ekonomija

Sport