Friday, December 13, 2024

Xahrejn ħabs minħabba abbuż razzjali fuq player ta’ WBA

Aqra wkoll

Raġel li abbuża razzjalment lill-midfielder ta’ West Bromwich Albion, Romaine Sawyers, onlajn, il-bieraħ ingħata sentenza ta’ xahrejn ħabs.

Simon Silwood ta’ 50 sena mmira lejn Sawyers wara li l-Al­bion tilfu 5-0 kontra Manchester City f’logħba tal-Premier League f’Jannar li għadda. Il-Qorti tal- Maġistrati ta’ Birmingham sabitu ħati li ppubblika “messaġġ offensiv bil-kbir”.

Aktar kmieni x-xahar li għadda West Bromwich ipprojbew lil Silwood milli jidħol f’The Hawthorns għal għomru.

Is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna (CPS) qal li waqt l-intervista tiegħu mal-pulizija, Silwood ammetta li poġġa messaġġ fuq il-midja soċjali wara li kien imdejjaq bit-telfa ta’ 5-0 iżda waħ­ħal fi żball li sar bl-użu ta’ test ta’ tbassir.

L-imħallef qal li l-messaġġ tiegħu kien “motivat minn jew wera ostilità bbażata fuq ir-razza”.

“Silwood għażel deliberatament kelma magħrufa li għandha konnotazzjonijiet razzisti ċari biex jabbuża minn player tal-football minħabba l-kulur tal-ġilda tiegħu. Imġieba bħal din mhux se tkun tollerata fil-football u tkun imħarrka mis-CPS,” qal Mark Johnson tas-CPS.

Il-qorti ordnat lil Silwood iħallas £500 lira f’kumpens u £500 lira fi spejjeż tal-qorti.

West Bromwich ġew relegati fiċ- Championship fi tmiem l-istaġun li għadda, iżda bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika.

Diversi players ġew suġġetti għal abbuż razzjali onlajn fl-aħħar xhur, speċjalment fil-Premier Lea­gue, u l-football Ingliż ilu jagħmel pressjoni fuq il-kumpaniji tal-midja soċjali biex jagħmlu aktar biex jindirizzaw il-problema.

Ekonomija

Sport