Monday, May 13, 2024

Samir Nasri jirtira għal kollox

Aqra wkoll

L-ex midfielder ta’ Franza, Samir Nasri, ħabbar uffiċjalment kien se jirtira mill-football professjonali wara karriera li bdiet fl-2004.

Nasri, ta’ 34 sena, serva sospensjoni ta’ doping ta’ 18-il xahar mill-2018, episodju li qal biddel il-mod tiegħu ta’ kif jara l-football.

“Kienet biss injezzjoni ta’ vitamini għax kont marid,” qal lil Le Journal du Dimanche l-ex player ta’ Olympique Marseille, Arsenal u Manchester City, li l-karriera tiegħu effettivament intemmet is-sena l-oħra wara perjodu qasir f’Anderlecht.

Huwa skorja ħames goals għal Franza f’41 logħba internazzjonali bejn l-2007 u l-2013.

Sport