Tuesday, April 30, 2024

L-eks President Franċiż Sarkozy ħati ta’ użu illegali ta’ finanzi għal kampanja elettorali

Aqra wkoll

L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy instab ħati ta’ użu llegali ta’ finanzi għall-kampanja elettorali tal-2012. Huwa kien ċaħad kwalunkwe għarfien dwar attivitajiet illegali min-naħa tiegħu.

L-eks President Franċiż ingħata sentenza ta’ sena ħabs priġunerija. Hu sar l-ewwel President Franċiż fi żminijiet moderni li ingħataw żewġ sentenzi ta’ ħabs.

Jidher li hu mhu se jqatta’ ebda jiem il-ħabs u dan minħabba li l-Qorti qalet li hu jista’ jilbes l-electronic bracelet f’daru. L-Imħallef qal li “Sarkozy kien jaf il-limitu marbut mal-infieq. Kien jaf li ma setax jaqbeż dak l-ammont”.

L-avukat ta’ Sarkozy, Thierry Herzog meta tkellem mal-midja Franċiża qal li se jkun qed jappella mid-deċiżjoni.

Sport