Wara t-telfa tas-Super Cup Spanjola, liema finali ntlagħbet fl-Arabja Sawdija, meta ġew megħluba minn Real Madrid bl-iskor ta’ 4-1, il-pressjoni qed tikber fuq il-coach ta’ Barcelona, Xavi Hernandez.
Huwa sostna pubblikament li huwa lest li jitlaq mill-kariga minnufih jekk il-players tilfu l-fiduċja tagħhom fih.
Xavi tenna li hija l-imħabba li għandu lejn il-club li ġegħlitu biex jieħu r-responsabbiltá tat-team.
Wara li, f’Novembru 2021 inħatar f’din il-kariga, fl-istaġun li għadda mexxa lit-team għar-rebħ ta’ La Liga. Iżda huwa lest li jirriżenja jekk ma jkollux l-appoġġ .