Monday, December 30, 2024

Xavi jħabbar li se jitlaq lil Barcelona fi tmiem l-istaġun

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Barcelona Xavi ħabbar li se jwarrab fi tmiem l-istaġun.

L-eks midfielder ta’ Barcelona u Spanja ingħata t-tmexxija f’Novembru 2021 wara li ħalla lill-club Qatari, Al Sadd.

Huwa mexxa lil Barca għat-titlu Spanjol fl-ewwel staġun sħiħ tiegħu fit-tmexxija fl-2022-23, iżda t-telfa f’darhom tas-Sibt li għadda, kontra Villarreal bl-iskor ta’ 5-3,  tħallihom 10 punti taħt il-leaders ta’ La Liga, Real Madrid.

“Għand mħabba kbira lejn dan il-club. Tajtu prijoritá fuq stess u xi kultant il-familja. Tajt dak kollu li għandi,” qal Xavi.

“U se nkompli nagħmel hekk biex il-partitarji jħossuhom kburin.”

Il-coach ta’ 44 sena, li rebaħ 25 unur bħala player ma’ Barcelona, ​​se jċedi uffiċjalment fit-30 ta’ Ġunju minkejja li għad fadallu sena kuntratt.

Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2010, qal li ħa d-deċiżjoni wara taħditiet mal-president ta’ Barcelona, Joan Laporta, il-viċi-president Rafa Yuste, mad-direttur sportiv Deco.

“Naħseb li l-club għandu bżonn bidla fid-dinamika,” qal Xavi. “Għall-ġid tal-players nemmen li se jeħilsu minn ħafna tensjoni.

“Għall-ġid tal-bord tad-diretturi, l-aħjar huwa li nitlaq. Se nagħti l-aħjar tiegħi. Naħseb li dak kollu se jgħin fil-bidla dinamika. Dan huwa l-messaġġ li nixtieq nagħti. Naħseb li qed nagħmel il-ħaġa t-tajba.”

Xavi qal dan ix-xahar li “kien se jippakkja l-bagalji” jekk il-players tiegħu jitilfu l-fiduċja fih wara telfa ta’ 4-1 kontra r-rivali, Real Madrid, fil-finali tas-Super Cup Spanjola.

Barca wieġbu b’rebħiet infila, iżda mbagħad sfaw eliminati mit-Tazza Spanjola meta sfaw megħluba 4-2 kontra Athletic Bilbao liema partita kellha tmur għall-ħin barrani. U proprju nhar is-Sibt li għadda sfaw megħluba f’darhom minn Villarreal fil-kampjonat. 

Xavi tenna li l-impjieg ħalla effett fuqu u wasal iż-żmien biex jikseb lura s-saħħa mentali tiegħu.

“F’Barcelona, ​​dejjem tħoss li m’intix stmat u ttrattat ħażin – hekk jaħdem il-club,” huwa temm jgħid. 

Ekonomija

Sport