Luxol St Andrews temmew l-impenji tagħhom fir-Rawnd Prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League b’telfa ta’ 4–1 kontra l-ospiti L84 Torino f’Leinì, l-Italja.
L84 TORINO 4–1 LUXOL ST ANDREWS
Luxol fetħu l-iskor permezz ta’ Maikinho wara ftit aktar minn disa’ minuti, iżda t-tim Taljan wieġeb permezz ta’ Rescia qabel tmiem l-ewwel taqsima.
Wara dan, L84 skorjaw tliet gowls fl-aħħar għaxar minuti biex assiguraw ir-rebħa.
Skorers:
9’28” Maikinho – Luxol
14’02” Rescia – L84 Torino
30’17” De Oliveira – L84 Torino
30’59” Siqueira – L84 Torino
39’32” Salas (pen.) – L84 Torino
Minkejja t-telfa, Luxol jistgħu jħarsu lura lejn kampanja oħra siewja fl-UEFA Futsal Champions League, fejn irrappreżentaw il-futsal Malti fix-xena Ewropea.




