Skont il-ġurnali tal-Qatar, l-eks kowċ ta’ Barcelona Xavi Hernandez jista’ jirritorna jmexxi tim tal-futbol meta qed jiġi msemmi bħala kowċ tat-tim nazzjonali tal-Qatar.
L-eks plejer internazzjonali Spanjol beda l-karriera tiegħu bħala kowċ fil-Lvant Nofsanui fl-2019 fejn mexxa wkoll lil Al Sadd mill-Qatar Stars League. Hu għandu esperjenza notevoli f’dan il-pajjiż bil-federazzjoni tal-futbol li qed tikkinsidrah bis-serjeta’.