Saturday, September 7, 2024

Xavi Simons attirat minn Paris SG

Aqra wkoll

Minkejja li għad għandu biss 20 sena, Xavi Simons, qed jispikka ferm fil-Bundesliga ma’ RB Leipzig. Il-midfielder offensiv Olandiż skorja sitt gowls u wettaq għaxar assists matul dan l-istaġun.

Sadanittant, iċ-champions Franċiżi Paris St Germain xeħtu għajnejh fuqu u huma lesti sabiex joffru ċifra tajba lit-tim Ġermaniż.

Min-naħa tiegħu, Simons qal li bħalissa jinsab konċentrat ma’ Leipzig u sostna li jiddeċiedi l-futur tiegħu f’Ġunju.

Ekonomija

Sport