Wednesday, July 24, 2024

Francesco Calzona jbiddel ir-rotta ta’ Napoli

Aqra wkoll

Ħafna qed jitkellmu dwar il-kowċ Francesco Calzona li f’ġimagħtejn kemm ilu jmexxi lil Napoli, qaleb ix-xorti tat-tim ta’ taħt fuq. Fil-fatt wara li ġie draw kontra Barcelona, wasal draw ta’ 1-1 kontra Cagliari filwaqt li ddominaw il-konfront kontra Sassuolo tant li rebħu 6-1 u eventwalment rebħu lil Juventus 2-1.

Il-kowċ Aurelio de Laurentis ma qagħadx jomgħodha wisq u qal li xtaq iġib lil dan il-kowċ sa mill-bidu ta’ dan l-istaġun għax kieku t-tim jinsab f’pożizzjoni aħjar. 

Minkejja kollox, Calzona qed jaħseb sabiex iwassal lit-tim sar-raba’ post li jfisser kwalifikazzjoni għal UEFA Champions League.

Ekonomija

Sport