Monday, August 10, 2026
Home Sport Juventus qed ifittxu difensuri ġodda

Juventus qed ifittxu difensuri ġodda

0
211

Juventus qed ifittxu aktar difensuri għall-istaġun li ġej minħabba li l-kowċ Massimiliano Allegri mhux kuntent bil-mod ta’ kif it-tim qed jaqla’ ċerti gowls. 

Hu għalhekk li qed isegwu l-profili ta’ Riccardo Cavolfiori ta’ Bologna u Lloyd Kelly ta’ Bournemouth.

Cavolfiori qed ikun protagonista ma’ Bologna fejn qed ikun prominenti fid-difiża tal-kowċ Thiago Motta. Hu jiswa €25 miljun.

Mill-banda l-oħra, Kelly għandu 25 sena u jinsab fl-aħħar xhur ta’ kuntratt ma’ Bournemouth.

Sadanittant, hi ħaġa ċerta li Daniele Rugani se jġedded ma’ Juventus.